Identity area
Reference code
Title
Date(s)
- 1971-04-23 (Creation)
Level of description
Extent and medium
2 pagni
Context area
Name of creator
Archival history
Immediate source of acquisition or transfer
Content and structure area
Scope and content
Appraisal, destruction and scheduling
Accruals
System of arrangement
Conditions of access and use area
Conditions governing access
Conditions governing reproduction
Language of material
- Malti
Script of material
Language and script notes
Physical characteristics and technical requirements
Finding aids
Allied materials area
Existence and location of originals
Existence and location of copies
Related units of description
Notes area
Note
F'komunikat mahrug ghall-istampa, Mons. Lemieux ippubblika t-termini ta' riferenza dwar it-twaqqif tal-Kumitat Amministrattiv Straordinarju. Dan il-Kumitat ser ilesti l-istudju li nbeda tal-Patrimonju tal-Knisja f'Malta; jistudja kif dan il-patrimonju jista' jkun amministrat ahjar ghal gid akbar tal-Knisja f'Malta; jezamina u jiddetermina l-iskopijiet pastorali u karitattivi biex ir-rizorsi tal-Knisja jintuzaw b'mod ahjar; jara kif tista' titnaqqas l-art li ghandha f'idejha l-Knisja u jezamina kif hidmiet socjali, karitattivi, pastorali u missjunarji jistghu jigu mghejjuna u rrangati.
Il-Kumitat stqarr li ser juza r-rapport McKinsey bhala bazi ghax-xoghol tieghu u biex kulhadd ikun jaf f'hiex jikkonsisti dan ir-rapport kienu ser jitqassmu 50 kopja tieghu li baqa'. Wara l-istudju tar-Rapport McKinsey u s-sitwazzjoni kollha, kull grupp rapprezentattiv jista' jibghat is-suggerimenti u r-rimarki tieghu lill-President fis-Santa Sede (Mons. Lemieux). Dun Annetto Depasquale inhatar bhala PRO tal-istess Kumitat biex izomm il-poplu aggornat b'dak kollu li jkun qed isir.
Il-Kummissjoni fil-Kurja Rumana li qed tistudja wkoll is-sitwazzjoni hija ffurmata mill-Arcisqof Ernesto Civardi Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, l-Arcisqof Palazzini Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, Mons. Dino Conti rapprezentant tas-Segreterija tal-Istat, Mons. Giuseppe Laigueglia rapprezentant tal-Kunsill tal-Affarijiet Pubblici tal-Knisja u Fr Giuglio Bianchini rapprezentant tal-kongregazzjoni tar-religjuzi.
Sadanittant thabbar ukoll li l-Kanonku Mason li telaq minn Malta ghal gharrieda rega kien mitlub biex jigi lura u jkompli x-xoghol li kien beda fuq ir-Riforma.
Note
F'laqgha li Mons. Lemieux kellu mas-Senat Presbiterjali intwera x-xewqa mill-membri lighandha dejjem issir konsultazzjoni effikaci qabel ma jittiehdu certi decizjonijiet importanti li jirringwardaw id-Djocesi. F'Ghawdex, is-Senat Presbiterjali kien mgharraf mill-Isqof Nikol Cauchi fejn waslu t-tahdidiet dwar l-amministrazzjoni.
Note
F'laqgha tal-Kapitlu tal-Kattidral inhareg rapport mill-istess Kapitlu fejn qal li ma jafx jekk ir-rapport McKinsey kienx sospiz minhabba memo u korrispondenza ohra li l-istess Kapitlu bghat lis-Santa Sede jew ghal xi raguni ohra.